Pompeo jikkanċella l-aħħar vjaġġ fl-Ewropa

Office of the President-elect - Wiki Creative Commons

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo kkanċella l-vjaġġ li kellu ppjanat fl-Ewropa it-Tlieta wara li hu skond rapporti minn aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali, il-ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu u l-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw li jiltaqgħu miegħu.  

Id-Dipartiment tal-Istat, fi stqarrija qal li din iż-żjara ġiet kkanċellata minħabba li Pompeo huwa mpenjat fl-isforzi ta’ transizzjoni mat-tim Biden u għalhekk qed jiġu ikkanċellati l-ivjaġġi kolla ppjanati għal din il-ġimgħa, inkluż il-vjaġġ tas-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo għall-Ewropa.

Aktar kmieni nhar it-Tlieta, qabel l-aħbarijiet dwar il-kanċellazzjoni tal-vjaġġ ta’ Pompeo, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ebda uffiċjal tal-UE ma kien se jiltaqa’ mas-segretarju tal-istat Amerikan. Madanakollu kelliem irrifjuta li jelabora aktar dwar ir-raġunijiet jew il-proċess li wasal għal din id-deċiżjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn