Poloz Champions League: Min spikka?

F’Nyon l-Iżvizzera ttellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League għal dan l-istaġun.
M'hemmx dubju li l-aktar żewġ konfronti se jkunu dak bejn Juventus u Real Madrid u l-ieħor kollu Ingliż bejn Liverpool u Manchester City.
Interessanti huwa l-fatt li f'dawn il-kwarti tal-finali hemm ħames timijet li rebħu din l-aktar kompetizzjoni importanti u prestiġjuża fl-Ewropa fuq bażi ta' klabbs. Dawn huma Juventus, Real Madrid, Barcelona, Bayern Munich u Liverpool.
Il-finali ta’ din is-sena se ssir fi Kjev fl-Ukrajna fis-26 ta’ Mejju.
Il-poloz tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League huma s-segwenti:
Barcelona vs Roma (4 t’April u 10 t’April)
Sevilla FC vs Bayern Munich (3 t’April u 11 t’April)
Juventus FC vs Real Madrid (3 t’April u 11 t’April)
Liverpool FC vs Manchester City (4 t’April u 10 t’April)
Intant, ittellgħu wkoll il-poloz tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League li rriżultaw hekk:
Leipzig vs Marseille (5 t’April u 12 t’April)
Arsenal vs CSKA Moscow (5 t’April u 12 t’April)
Atletico Madrid vs Sporting Lisbon (5 t’April u 12 t’April)
Lazio vs Salzburg (5 t’April u 12 t’April)