Polonja taffaċċja mistoqsijiet dwar ir-rispett lejn il-liġi

REUTERS/Kacper Pempel

Il-Gvern tal-Polonja għandu ċ-ċans jispjega ruħu mal-Unjoni Ewropea għat-tieni darba fi 3 xhur, dwar bidliet li saru lill-proċess ġudizzjarju. Dan għaliex l-Unjoni Ewropea qed tibża li l-Qorti ma jibqgħax independenti minħabba dawn il-bidliet.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej tal-Polona, Konrad Szymanski, qal li se jiddefendi l-bidliet fi Brussell quddiem ministri tal-Unjoni Ewropea; parti mill-proċedura biex jiġi aċċertat jekk Warsaw hux qed tħares il-liġi skont l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea.

Dan qed jiġri ġurnata biss wara li l-Polonja ġiet sospiża min-Netwerk Ewropew ta’ Kunsilli għall-Ġudikatura, hekk kif iddeċidew li l-kunsill tal-Polonja m’għadux independenti minħabba li issa saru jieħdu ħsiebu politikanti minflok imħalfin, bħal qabel.