Pollakka ssofri ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn vettura fix-Xewkija

CMRU

Pollakka ta’ 47 sena, qed tingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal ġrieħi serji li sofriet wara li kienet involta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel mir-Renju Unit ta’ 77 sena residenti l-Għasri.

Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.