Pollakk jinżamm arrestat wara li weġġa’ żewġ pulizija

Pollakk ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li kien akkużat li kien vjolenti ma’ żewġ pulizija.
Huwa ma ammettiex l-akkuża kontrih u talab li jkun invistat minn tabib.
Il-Qorti laqgħet it-talba tiegħu. Madankollu ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest għax il-Prosekuzzjoni qalet li m’għandux rabtiet ma’ Malta.