Poll: X’karità se tagħmel din il-ġimgħa?

Unsplash

Read in English.

Din il-ġimgħa jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Karità. Twaqqaf minn Nazzjonijiet Magħquda bil-għan li jkompli jikbar l-għarfien dwar il-karità filwaqt li jservi ta’ pjattaforma għal attivitajiet biex jinġabru fondi. Intgħażlet id-data tal-5 ta’ Settembru biex tiġi kkommemorata l-mewt ta’ Madre Tereża, ikona tal-karità.

Ħafna jassoċjaw il-karità ma’ ġbir ta’ fondi. Madanakollu għal oħrajn li tagħti karità tmur lil hemm mill-flus: bi tbissima li tista’ ttaffi t-toqol ta’ qalb muġugħa, billi tgħin persuna li ma tafx, billi tgħid kelma inqas fejn ma jkunx lokha, jew billi tingħaqad ma’ grupp volontarju.

Dan il-jum ifakkarna li għandna nagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà li ngħixu fiha, minflok ngħixu ħajjitna u ninsew dwar l-inġustizzji li jsiru.