POLL: Ma’ min qed tħalli t-tfal biex tmur għax-xogħol?

Hekk kif il-pajjiż għadu mhux taħt lock down totali, l-adulti jridu jibqgħu jmorru għax-xogħol ta’ kuljum. Dan hekk kif ħafna ħaddiema mhux qed jitħallew jew xogħolhom ma jippermettilhomx li jaħdmu mid-dar.

Propju l-Ħamis, il-Prim Ministru ħabbar li mil-Ġimgħa l-iskejjel se jkunu qed jgħalqu sabiex jipprevjenu t-tixrid tal-coronavirus qalb it-tfal.

Iżda minħabba li ħafna mill-ġenituri xorta jridu jaħdmu, wieħed jistaqsi, it-tfal ma’ min qed jispiċċaw joqgħodu?

Wieġeb il-poll t’hawn fuq u għidilna, b’mod anonimu, ma’ min qed tħalli lit-tfal tiegħek f’dan iż-żmien.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn