Poll: It-titjiriet mill-Italja għandhom jitwaqqfu?

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) u unjins oħra qed jitolbu li jitwaqqfu t-titjiriet minn u lejn l-Italja ta’ Fuq.  Iżda l-Gvern sa issa qed jgħid li jrid li kollox jibqa’ għaddej normali.  

Mill-banda l-oħra hemm min qed jgħid li t-titjiriet kollha għandhom jitwaqqfu. Saħansitra Taljana li taħdem bħala uffiċjal fl-ajruport ta’ Ruma appellat lill-Gvern Malti biex iwaqqaf il-moviment ta’ persuni minn u lejn Malta għal ġimagħtejn jew 20 jum. Fissret li għadd ta’ individwi qed jibqgħu jgħixu ħajja normali minkejja li jkunu ma jifilħux.

Inti x’taħseb li għandu jsir?