POLL: Il-Gvern għandu jordna lockdown?

Monique Agius

Read in English.

Il-pubbliku qed jiġi affaċċjat kontinwament b’żewġ pożizzjonijiet. L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-General Workers Union, il-UĦM – Voice of the Workers, il-Forum Unions Maltin u numru ta’ organizzazzjonijiet professjonali oħra, fosthom dawk mediċi fl-Isptar Mater Dei li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt, qed iħeġġu lil Gvern biex jordna lockdown.

Mill-banda l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela qed jirrifjuta li jagħmel dan. Il-PM qed jgħid li l-parir li qed jagħtuh dawk responsabbli mis-saħħa pubblika fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa hu kontra li jsir lockdown.

Wara konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, Abela ddeskriva l-proposta ta’ lockdown bħala waħda populista u perikoluża. Qal li lockdown ifisser li kulħadd ikun arrestat f’daru.

Uffiċjali tas-saħħa pubblika qed jgħidu li huma jagħtu parir għal lockdown meta jkun hemm każi ta’ infezzjoni fil-komunità, pereżempju, Malti infettat minn Malti ieħor. L-infezzjonijiet li hemm bħalissa kollha ġew impurtati. Dawk favur il-lockdown qed jgħidu li l-lockdown jgħin biex jipprevjeni jew jimminimizza dawn l-infezzjonijiet.

Int x’taħseb?

<

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn