Politiku Ingliż akkużat li qatel tifel waqt attività sesswali

Scotland Yard qed tkompli l-investigazzjoni dwar l-iskandlu ta’ pedofelija fejn allegatament hemm involuti wkoll nies pubbliċi Ingliżi.
Il-każi jidher li ġraw bejn l-1970 u l-1980.
Skont il-ġurnal Daily Telegraph, waħda mill-allegati vittmi qed tgħid li deputat konservazzjonist Ingliż għallaq u qatel tifel ta’ 12-il sena waqt attività sesswali. 
Isem id-deputat sa issa għadu ma ġiex imxandar.
Il-ġurnal qed jgħid li dan jista’ jkun wieħed mit-tliet każi ta’ qtil u vjolenza fuq il-minuri fl-Ingilterra fejn l-akkużati huma nies importanti li ddominaw il-qasam politiku ta’ 30 sena ilu.