Politikanti minn kull partit jiżfnu fi Pjazza Sant’Anna!

Madwar mitejn persuna illum inġabru f’żifna waħda fi pjazza Sant’Anna. Flimkien semmgħu leħinhom kontra l-vjolenza. Din kienet parti mill-kampanja internazzjonali One Billion Rising, immirata kontra l-vjolenza fuq nisa u bniet.

L-organizattriċi Lorraine Camilleri qasmet magħna x’kien dak li ħajjarha tibda tikkampanja kontra l-vjolenza.

Minbarra l-kummenti ta’ Lorraine, fil-filmat taraw ukoll ir-reazzjoni tal-Ministru George Pullicino, is-sinjura Michelle Muscat, u ċ-ċerman tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio.

Minbarra dawn kien hemm preżenti wkoll il-Ministru Jason Azzopardi, il-President tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karl Goudar u l-kandidati Laburista Nikita Alamango.

Dawn kollha dehru jieħdu gost flimkien; dehra mhux tas-soltu f’nofs kampanja elettorali.