“Politika ġdida miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ”

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista eleġġa kumitat eżekuttiv ġdid waqt il-laqgħa ġenerali annwali tiegħu bit-tema “Making Change Happen – The Next Step.”
Il-President il-ġdid hu Mark Grech, il-Viċi President Nicky Azzopardi u s-Segretarju Ġenerali Joseph Grech. Il-kumplament tal-membri huma Francesca Zammit, Darren Carabott, Veronica Perici Calscione, Armando D’Amico, Clint Camilleri, Kimberly Lowell, James Cassar, Jamie Vella, Christina Bonett, Mario Frendo, Hubert Zammit, Jeremy Cardona, Michael Piccinino u Karl Buttigieg (f’isem MŻPN Gozo).
F’għeluq il-laqgħa, il-President il-ġdid Mark Grech qal li l-mira ewlenija tal-eżekuttiv il-ġdid tal-MŻPN se tkun dik li jerġa’ jagħmel il-Partit Nazzjonalista l-għażla naturali taż-żgħażagħ billi jpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu.