Il-futur tal-parkeġġi se jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jniedi politika ġdida dwar il-parkeġġi wara konsultazzjonijiet interni u esterni.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Joe Mizzi qal li t-tfassil ta’ din il-politika waslet fl-aħħar parti tal-konsultazzjonijiet esterni mal-entitajiet ikkonċernati. Il-politika tfasslet mid-Direttur tal-Immaniġġjar tat-Traffiku u hekk kif tiġi mnedija, titħaddem.
Joe Mizzi spjega li din il-politika hi waħda ġenerali li tkopri l-irħula kollha. Spjega li din mhix qed tiffoka fuq in-numri ta’ parkeġġi iżda fuq il-massimizzazzjoni tal-użu tal-parkeġġi eżistenti. Il-politika tippromwovi wkoll l-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport.