Poligas Ltd tforni lill-ERRC b’ċilindri tal-ossiġenu

Poligas Ltd, waħda mill-kumpanji ewlenin f’Malta li tqassam il-gass, sponsorjat lill-Emergency Response and Rescue Corps, ERRC, billi fornieta b’numru ta’ ċilindri tal-ossiġenu.
Dawn iċ-ċilindri huma essenzjali waqt servizzi tal-ewwel għajnuna li jingħataw regolarment mill-Emergency Response and Rescue Corps.
William Grech ġabar l-isponsor mingħand id-Direttur tal-Kwalità ta’ Poligas, Victor Fenech.