Read in English.
Il-Pożizzjoni tal-Kumpanija
Beacon Media Group hija kommessa li tipprovdi spazju diġitali inklussiv u sigur fejn il-qarrejja u l-kummentaturi jistgħu jinteraġixxu bejniethom, u fejn il-ġurnalisti tagħna jistgħu jiddiskutu suġġetti li huma ta’ interess għalihom.
Nemmnu li l-kummenti huma element importanti fil-ġurnaliżmu diġitali billi dawn jippermettu lill-qarrejja jirrispondu għal artiklu mill-ewwel: billi jistaqsu l-mistoqsijiet, jinnutaw xi żbalji, jinnutaw punti ewlenin ġodda fl-istorja, eċċ.
Imma, ħafna drabi, jintqalu affarijiet lill-ġurnalisti jew/u lil qarrejja oħra li mhuwiex immaġinabbli li jingħadu wiċċ imb wiċċ.
Il-moderazzjoni tal-kummenti tnaqqas mill-ħsara li tista’ ssir bi mġiba abbużiva, imma ejja ma nippretendux li din hija problema faċli biex tissolva. Aħna nirrikonoxxu l-fatt li l-klikek faċilment jiġu ffurmati. It-trolls jafu jkunu organizzati tajjeb ħafna u dan jista’ jwassal biex il-kummentaturi jikkompetu biex jaraw min jista’ jkun l-aktar krudili jew kattiv fi kliemu. Livell fqir ta’ kummenti, li ma jkunx pjaċevoli jew ikun ta’ ħsara jmur kontra l-filosofija li hi bbażata fuqha l-kumpanija, u kontra l-benessri tal-utenti tagħha. Aħna se nagħmlu l-almu tagħna biex inneħħu kummenti bħal dawn kull fejn hu possibbli.
Din hi t-tip ta’ kultura li rridu ngħixu fiha?
Għinuna noħolqu konverżazzjonijiet aħjar online – Ingħaqdu magħna f’dan il-għan. Irrappurtaw lil min hu kattiv fi kliemu. Kunu minn ta’ quddiem fil-konverżazzjoni.
Tistgħu tgħinuna nżommu d-djalogu online rispettabbli billi tużaw ton raġonevoli, taġixxu b’maturità u kunsiderazzjoni u tkunu xierqa fil-parteċipazzjoni tagħkom.
Aħna interessati f’kummenti li huma artikolati u infurmati tajjeb u relevanti għall-artiklu. Nemmnu li dawn il-kummenti se jarrikkixxu l-kontenut tagħna u jirriflettu aħjar is-sentiment veru fuq il-kwistjonijiet kurrenti.
Il-kummenti, għalhekk, għandhom ikunu ċivili u jirriflettu l-istandards ta’ Beacon Media Group għal djalogu sigur u ta’ rispett, kif imfiehem f’din il-policy.
Kif għandna nirrispondu għal dan bħala organizzazzjoni diġitali tal-aħbarijiet?
Il-kummentaturi huma mitlubin jirrispettaw u jimxu mal-Policy tal-Kummenti tagħna li għandha t-tir li tipprovdi spazju sigur biex il-konverżazzjoni tibqa’ waħda ta’ rispett u kostruttiva.
Dawk li ma jirrispettawx il-Policy tal-Kummenti u li l-kummenti tagħhom, b’hekk, ikunu abbużivi jew mhux fuq is-suġġett se jiġu pprojbiti mill-paġna ta’ Newsbook fuq Facebook. Ma jibqgħux jistgħu jagħmlu like jew jikkummentaw fuq il-posts tal-paġni, ma jkunux jistgħu jibagħtu messaġġ fuq il-paġna jew jagħmlulha like.
X’jitqies bħala mġiba abbużiva jew ta’ tfixkil?
- Abbuż estrem – theddid ta’ qtil, stupru, vjolenza fiżika fuq kummentaturi oħrajn jew/u ħaddiema ta’ BMG, jew il-biża’ minn vjolenza bħal din. Kummenti ta’ abbuż jaf jiġu rappurtati.
- Abbuż lejn l-awtur – kummenti dispreġġjattivi u/jew ta’ insult lejn min kiteb l-artiklu bil-ħsieb li dan jiġi intimidat.
- Trolling ta’ disprezz – kummenti bit-tir li jwaqqgħu għar-redikolu jew jimminaw lill-qarrejja jew lill-ħaddiema ta’ BMG.
- Ksenofobija, razziżmu, sessiżmu, omofobija – diskors ta’ mibegħda li jinkoraġġixxi d-diskriminazzjoni, il-vjolenza, il-maltrattament, it-theddid jew il-ħsara lil individwi jew gruppi ta’ individwi, ibbażat fuq ir-razza, l-oriġini, ir-reliġjon, is-sess, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna.
- Żvijar tal-konverżazzjoni – kummenti li ċertament mhumiex fuq is-suġġett u li l-ħsieb warajhom hu li l-konverżazzjoni tiżvija u ma tkunx waħda kostruttiva bejn min jikkummenta.
- Malafama – kummenti li jinkludu stqarrijiet foloz u ta’ malafama fuq xi kummentatur ieħor jew fuq Beacon Media Group jew xi ħadd mill-ħaddiema tagħha, li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tat-tali persuna.
- Rappreżentazzjoni qarrieqa – kummenti maħsubin li jirrappreżentaw b’mod qarrieqi l-kontenut ta’ BMG u/jew il-ħaddiema ta’ BMG.
- Riklamar – kummenti miktubin minn nies li mhumiex klijenti eżistenti ta’ Beacon Media Group u li jiktbuhom biex jagħmlu xi dħul finanzjarju.
- Spam – kummenti ta’ spam, li normalment huma karatterizzati minn tweġibiet irrelevanti għall-bloggati, li jkollhom l-għan li jiġbdu lill-qarrejja li kieku ma tkunx l-intenzjoni tagħhom li jkollhom x’jaqsmu mal-bloggati.
Dritt tal-pussess
Kulma l-qarrejja jagħżlu li jiktbu jew itellgħu fuq il-pjattaformi tagħhom huwa propjetà tagħhom, ġaladarba jkun kontenut kompletament ġdid u oriġinali. Kontenut ġdid u oriġinali huwa kontenut li ma jinkludix il-kontenut ta’ ħaddieħor, bħal filmati, mużika, lirika tal-kanzunetti, jew kontenut ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur.
Il-kontenut fuq il-pjattaformi tagħna jista’ jintuża, jiġi editjat u/jew maħżun mit-Tim Editorjali ta’ Beacon Media Group.