Read in English.
Is-sapporters tal-Kolombja u l-Polonja attendew għall-quddies tal-Ħadd f’Kazan hekk kif it-tnejn li huma jmisshom logħba kruċjali li jridu jirbħu bilfors sabiex jibqgħu fil-kompetizzjoni.
Is-sapporters miż-żewġ timijiet attendew fil-Knisja tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imbierek li ġiet ikkonsagrata fl-20008 wara li nbniet mill-finanzi mogħtija mill-Gvern Kazan.
Il-knisja nbniet wara li l-Papa Ġwanni Pawlu ll radd lura l-ikona tal-Madonna ta’ Kazan lir-Russja.
Uħud mis-sapporters tal-Polonja jemmnu li se jirbħu l-logħba li jmiss hekk kif qed ibassru li l-plejer ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski u l-plejer ta’ West Bromich Albion Grzegorz Krychowiak se jiskurjaw.
Oħrajn qed iħallu kollox f’idejn Alla hekk kif stqarrew li se tkun logħba ferm missielta għaż-żewġ timijiet.