Jitfagħha l-baħar b’imħatra ma’ sħabu u jeħel il-ħabs

Pollakk ingħata sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena wara li nstab ħati li hedded u attakka mara f’San Ġiljan.

Wictor Edmund Depta ta’ 31 sena residenti San Ġiljan ammetta li kkawża ħsara lill-mowbajl iżda m’ammettiex għall-akkużi l-oħra miġjuba kontrih, fosthom li imbotta mara fil-baħar.
Filwaqt li ħallas għall-ħsarat, Depta qal li kienet ċajta, hekk kif kienu sħabu li għamlulu l-imħatra.