Poker Stars se tnaqqas l-ħaddiema minn Malta

Il-kumpanija tal-igaming Stars Group ħabbret li se tnaqqas il-ħaddiema mill-operat tagħha f’Malta. Il-kumpanija riċentement naqqset il-ħaddiema tagħha wkoll mill-kwartieri ġenerali tagħha ġewwa Isle of Man. Rapporti qed jgħidu li The Stars Group (TSG) li topera  Poker Stars u Skybet qed jittrasferixxu parti mill-customer case tagħhom lejn l-Bulgarija.

Waqt li rapporti oħra qed jgħidu li parti mill-istaff ta’ Malta qed jiġi trasferit lejn Dublin fl-Irlanda.

Fi stqarrija għall-istampa,TSG qalet li l-kumpanija ddeċidiet tirrevedi parti mill-istrateġija tagħha f’ċerti ċentri biex iżżomm l-ispejjeż skont l-istrateġija tal-iżvilupp globali.

Il-ġimgħa li għaddiet, The Stars Group ikkonfermat li naqqset il-ħaddiema mill-uffiċċju tagħhom f’Isle of Man.

F’Malta l-kumpanija għandha madwar 400 ħaddiem. Il-kumpanija qalet li tnaqqas l-operat tagħha huwa kruċjali biex tilħaq l-objettivi tagħha immedjati u l-iżvilupp fil-bogħod.