Pogba jrid imur ma’ Real Madrid

Il-gazzetta Ingliża The Sun ħarġet bl-aħbar illi Paul Pogba jista’ jingħaqad ma’ Real Madrid minħabba illi bħalissa ma tantx qed jara għajn m’għajn mal-kowċ Jose Mourinho.
Saħansitra l-istess gazzetta żvelat illi sakemm il-kowċ Portugiż jibqa’ fit-tmun tar-Red Devils, Pogba lest illi jfittex destinazzjoni oħra.
Min-naħa tiegħu l-aġent Mino Raiola jidher favorevoli illi jibda taħditiet mal-Merengues sabiex il-plejer tiegħu litteralment jiżgiċċa minn mal-United u jmur jilgħab fil-La Liga Spanjola.