Pogba bi bdil ma’ Griezmann?

F’aħbar illi ħarġet fuq is-sit Spanjol DonBalon, Manchester United lesti li jparrtu lill-midfielder offensiv tagħhom Paul Pogba sabiex minfloku jġibu lill-attakkant Franċiż ta’ Atletico Madrid Antoine Griezmann .
Dan tal-aħħar għandu klawsola li jiġi rilaxxat u tiswa €100 miljun iżda r-Red Devils huma fiduċjużi illi bl-inklużjoni ta’ Pogba jistgħu jiżblukkaw is-sitwazzjoni.
Kif inhu magħruf ir-relazzjoni bejn Pogba u Jose Mourinho xejn m’hi tajba għalkemm it-tnejn li huma ċaħdu din l-allegazzjoni.