Poeżija: L-Għid it-Tajjeb!

Risen Lord, Cross

L-Għid it-tajjeb nixteqilkom
Minn qiegħ qalbi f’dawn il-jiem;
Jalla bil-Qawmien ta’ Kristu
Qalbkom tfur bl-hena u s-sliem.

Kristu bata, miet w irxoxta
Sabiex jifdi lil kulħadd
Issa jmiss il-parti tagħna –
Li ma niċħduh qatt u qatt!

Kristu ssallab fuq injama
Fost żebliħ, swat u tbatija
Twieled f’għar għeri u fqajjar
Biex jifdina minn kull ħtija.

Fit-tlett snin li dam iterraq
Mat-treqat tal-Palestina,
Smajt lill-folol ta’ spiss jgħidu:
‘Dan il-bniedem biss jaħjina!’

Għaliex Kristu l-Bniedem Alla
Kien ifejjaq lil kulħadd –
Għalih mhemmx razez, fruntieri,
Qatt ma ħares lejn wiċċ ħadd.

Kristu Rxoxt hu l-Missier twajjeb
Mis-salib fetaħ idejh
Għaliex ried meta jitgħolla
Lilna jiġbed ilkoll lejh.

U għalhekk f’dan l-Għid Imqaddes
Nitolbuk Mulej Ġesu’
Irxuxtana mill-mewt tagħna
Imla ‘l qalbna b’kull virtu’.

Kif qed tara din is-sena
Mulej xi ftit imkagħbrin
Qed ikollna nibqgħu ġewwa
Mhux la kemm jgħaddi l-ħin!

Eħlisna minn dan il-virus
Li ħalef illi jkissirna
Aħna b’fidi nfittxu lilek
Għax nafu l’inti Missierna!

Lill-Maltin u ‘l-Għawdxin kollha
Imla ‘l qalbhom b’ferħ ġenwin
Li Gesu’ bil-qawmien tiegħu
Feda lilna l-bnedmin!

Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex