Pockets tal-banana biċ-ċikkulata

Ingredjenti

2 mgħaref butir

30g zokkor ismar

2 bananiet maqtugħa min-nofs għat-tul

għaġina sfiljurata

120g ċikkulata mdewba

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Dewweb il-butir fuq nar moderat. Żid iz-zokkor u ħawwad sakemm idub. Żid il-bananiet u aqlibhom fil-butir u z-zokkor sakemm jinksew. Neħħi minn fuq in-nar u ħalli fil-ġenb.

Ifrex l-għaġina sfiljurata u agħmel erba’ biċċiet rettangulari. Poġġi nofs banana fin-nofs ta’ kull biċċa għaġina. Iġbed it-trufijiet opposti fuq xulxin u agħfas it-truf tajjeb biex jingħalqu sew. Poġġihom fuq landa tal-forn miksija b’karta strazza.

Aħmi għal-madwar 20-25 minuta sakemm jieħdu kulur kannella sabiħ. Meta jiksħu żejjen biċ-ċikkulata mdewba fil-wiċċ.

Jekk trid servi ma’ ġelat.