Pochettino mhux jinkwieta li jitkeċċa wara li tilfu 3-0

Il-coach ta’ Tottenham Mauricio Pochettino qal li mhux jinkwieta li se jitkeċċa anka jekk it-tim mhux fl-aqwa forma tiegħu.

Spurs tilfu 3-0 kontra Brighton biex komplew mal-ġimgħa miżera li kellhom wara li tilfu bl-iskor ta’ 7-2 kontra Bayern fil-logħba miċ-Champions League. Il-klabb inqala’ wkoll mill-Carabao Cup bil-penalties mit-tim ta’ League Two Colchester.

Meta mistoqsi dwar hux qed jibża li se jitkeċċa, Pochettino qal li mhux. Hu qal li fil-futbol ġieli tirbaħ u ġieli titlef. Spjega kif il-problema tat-tim hi li kienu qed jirbħu biss u issa f’salt wieħed tilfu wisq logħob f’salt.

Riżultati oħra:

Burnley 1-0 Everton

Liverpool 2-1 Leicester City

Norwich City 1-5 Aston Villa

Watford 0-0 Sheffield United

West Ham United 1-2 Crystal Palace