Pochettino jġedded il-kuntratt ma’ Spurs

pochettino

Il-kowċ Arġentin iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin li se jintemm fl-2023 u li permezz tiegħu se jaqla’ £8.5 miljun fis-sena.
L-assitenti tiegħu, Jesus Perez, Miguel D’Agostino u Toni Jimenez, iffirmaw ukoll kuntratti ġodda sabiex jibqgħu jaħdmu mal-eks kowċ ta’ Southampton u Espanyol.
Pochettino s’issa mexxa lil Tottenham Hotspurs f’218-il logħba, bil-bilanċ ikun 121 rebħa, 50 draw u 47 telfa.
Hu ammetta illi qatta’ ħin twil jiddiskuti maċ-Chairman Daniel Levy dwar it-tiġdid tal-kuntratt u jemmen li t-tnejn li huma għandhom l-istess ambizzjonijiet għat-tim Ingliż.