​Pochettino flok Conte?

Skont il-ħarġa tal-bieraħ tal-gazzetta Brittanika The Sun, il-kowċ ta’ Tottenham Mauricio Pochettino jista’ jmexxi lil Chelsea matul l-istaġun illi ġej u eventwalment jieħu post Antonio Conte.
Il-Blues qed jikkunsidraw din l-għażla għalkemm xi kritiċi tal-futbol Ingliż qed jgħidu illi l-kowċ Arġentin diffiċli ħafna illi jiffirma mar-rivali mill-belt ta’ Londra.
Chelsea qegħdin ifittxu tmexxija ġdida għall-istaġun illi ġej minħabba illi l-ispekulazzjonijiet qegħdin jgħidu illi Conte mistenni jħalli lill-klabb fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.