​PN: “Se nkomplu naħdmu għal pagi aħjar”

Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkompli jaħdem biex jassigura li s-settur tal-manifattura jkompli jikber u biex il-pagi jkunu aħjar.
Meta ltaqa’ mal-ħaddiema ta’ Actavis, il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista jibbaża l-viżjoni ekonomika tiegħu fuq ekonomija tan-nies, ekonomija li tissarraf għan-nies u li tħalli impatt fuq il-kwalità tan-nies.
Sostna li filwaqt li fil-pajjiż bħalissa għaddejja diskussjoni dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji, il-PN jemmen fis-settur tal-manifattura u qed jara li s-settur ikompli jikber.
Il-Kap tal-PN qal li trid tiġi assiguratà kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.