“PN ma tgħallem xejn mill-10 telfiet elettorali, nagħtuh oħra fl-elezzjoni ġenerali” – Muscat

PL

Read in English.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li jekk il-Partit Nazzjonalista ma ħax t-tagħlima fl-ebda waħda mill-għaxar telfiet elettorali konsekuttivi, hu qed jipprepara biex il-partit jagħtih il-ħdax–il waħda fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Meta kien qed jitkellem f’manifestazzjoni politika fil-Belt, il-Prim Ministru qal li ż-żewġ persuni eletti fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista telqu jiġru bil-bagalji barra l-pajjiż biex ikomplu jagħmlu dak li kienu jagħmlu qabel.

Mill-banda l-oħra, ir-rebħa storika tal- Partit Laburista hija frott tal-għaqda. Muscat qal li kulħadd fi ħdan il-partit laburista neħħa l-egoiżmu u ddeċida li jaħdmu flimkien. Muscat qal li dan li jagħmel differenti lill-Partit Laburista. Huwa qal li tul il-kampanja hu ried ikun preżenti kull raħal u belt f’Malta u Għawdex.

Il-mexxej Laburista stqarr li ma jaqbilx li l-kunsilli jitmexxa bl-ispaga mill-kwartieri biex jindaħluhom f’xogħlhom iżda importanti li wettqu dak li wegħdu, li jimxu fuq il-prinċipji li jħaddan il-Partit Laburista u huma li jifhmu li huma jirrapreżentaw lill-Partit u mhux lilhom infushom.

Muscat żvela li 4 minn kull 10 kunsilliera tal-Partit Laburista huma żagħżugħ.

Minkejja li n-nisa eletti fl-elezzjonijiet lokali ileħqu is-26 fil-mija tal-kunsilliera laburisti eletti, għal Muscat dan mhux biżżejjed. Bl-istess mod, il-Prim Ministru se jara kif il-persuni b’diżabbilta’ ikollhom preżenza ikbar fil-partit laburista.

Muscat stqarr li maġġoranza Laburista fil-Belt ma għandix tkun fula f’qargħa u l-Partit Laburista għandu jkollu l-għażla naturali tal-Beltin.

Il-Prim Ministru qal li issa se jdawwar ħarstu lejn il-ħidma tal-Gvern fejn jibqa’ jiffoka lejn il-baġit li jmiss, kif ukoll fuq r-riformi l-kbar fil-qasam tal-kera, għal parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fil-politika.