​PN lil Joseph Muscat: “Ikkundanna dak li qal Tony Zarb”

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed ifalli fil-wegħda tal-għaqda nazzjonali fil-poplu Malti u Għawdxi.
Qal li jekk irid ikun kredibbli, Muscat għandu jżomm kelmtu u jikkundanna u jiddissassoċja ruħu mill-kummenti ta’ firda li qed jinsisti dwarhom l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Tony Zarb.
Il-PN qal li Joseph Muscat qed jiddefendi dan it-tip ta’ diskors, li żgur m’hux eżempju ta’ għaqda nazzjonali.
Qal li għalxejn jekk il-PM jitkellem dwar l-għaqda nazzjonali, meta minn wara l-kwinti jibgħat nies viċin tiegħu jiżirgħu firda u mibgħeda.