PN: L-Enemalta trid tnaqqas l-iskema tat-teleworking

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta “ħarġet direttiva mingħajr l-ebda konsultazzjoni li titnaqqas drastikament il-flessibbiltà fl-iskema tat-teleworking li kienu intitolati għaliha l-ħaddiema tal-Enemalta”.

Il-kelliem Nazzjonalista għall-Enerġija George Pullicino qal li wara reazzjoni mill-ħaddiema,  fis-sigħat li għaddew il-Korporazzjoni ssospendiet temporanjament din id-deċiżjoni imma qed jisħaq li tkun revokata għal kollox.

Pullicino semma l-wegħda li tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali li l-objettiv ta’ Gvern Laburista hu li jagħmel “minn Malta wieħed mill-aktar pajjiżi family-friendly fl-Ewropa kemm bħala liġijiet u inċentivi”.

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li juri solidarjetà mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni u l-familji tagħhom.