PM May f’appell lill-Ingliżi ‘żommu għajnejkom fuq il-premju’

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May f’ittra imqanqla ppubblikati f’ The Mail on Sunday appellat lill-membri tal-partit tagħha stess il-Konservattivi biex ma jpoġġux f’riskju l-proċess ta’ Brexit.

Uħud minn difensuri ta’ Brexit urew t-tħassib tagħhom dwar il-white paper li ħarġet il-Prim Ministru Ingliż dwar il-proċess ta’ Brexit li qed jipproponi ktieb tar-regoli komuni dwar l-kummerċ bejn l-Ingilterra u l-Unjoni Ewropea.

Fl-ittra tagħha, May talbet lill-pajjiż iżomm għajnejh fuq il-premju. Il-messaġġ taghha wassal ftit jiem qabel vot kruċjali fil-House of Commons fuq il-politika dwar il-kummerċ u d-dwana.

F’dan ir-rigward, membri tal-grupp ta’ May jiġifieri European Research Group diġa stqarrew li se jivvutaw biex jimblukaw il-pjanijiet tal-Prim Ministru Ingliż.

May tgħid li Donald Trump qalilha biex tħarrek lill-UE fuq Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump kien għarrafha biex tħarrek lill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-istrateġija ta’ Brexit. Trump qalilha dan il-ġimgħa li għaddiet, iżda May injoratu.

“Hu qalli li għandi nħarrek lill-UE,” May qalet lill-istazzjon televiżiv BBC. “Inħarrek lill-UE. Mhux nidħol f’negozjat magħhom, iżda nħarrikhom.”

May irrimarkat li Trump, li kien qed iżur l-Ingilterra, ukoll avżha li ladarba qiegħda f’negozjat, m’għandhiex titlaq minnhom.

“Jien nixtieq li nkunu kapaċi ninnegozjaw l-aħjar ftehim għall-Gran Brittanja,” qalet May.

Trump qal f’intervista ppubblikata nhar il-Ġimgħa, li May ma segwitx l-parir tiegħu fuq Brexit. Dan kien wieħed minn numru ta’ kummenti li kienu meqjusa bħala kritika tal-pjanijiet ta’ May biex toħroġ mill-UE.