PM ma jweġibx dwar attivitajiet f’Villa Francia

Il-Prim Ministru ma weġibx mistoqsija dwar in-numru ta’ attivitajiet li ttellgħu f’Villa Francia matul din il-leġiżlatura.
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa lill-Prim Ministru biex jindika x’riċevimenti jew attivitajiet oħra organizza hu jew il-mara tiegħu fir-residenza ufiċċjali tal-Prim Ministru u biex jagħti dettalji dwar dawn, inkluż dwar in-nefqa għal kull attività.
Il Prim Ministru wieġeb li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Intant, fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-istess interpellant, il-Prim Ministru ċaħad li huwa u s-Sinjura Muscat qed jużaw Villa Francia bħala r-residenza tagħhom.