Il-PM ma jippublikax l-ittra ta’ sospensjoni ta’ Chetcuti Cauchi

Enquête exclusive

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ħassx li kellu jippublika l-ittra ta’ sospensjoni mill-programm tal-Investitur Individwali (IIP) tal-kumpanija Chetcuti Cauchi, fid-dawl tal-investigazzjonijiet li qed isiru mir-regolatur u invista tat-talba biex issir inkjesta Maġisterjali.

Il-Prim Ministru qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Reċentament din il-kumpanija tilfet il-liċenzja tagħha biex tbigħ iċ-ċittadinanza Maltija wara li ġurnalisti Franċiżi żvelaw li l-avukati ta’ din id-ditta qalu li kienu jafu sew lil għadd ta’ persuni fil-Gvern inkluż il-Prim Ministru.