Iltqajt mal-familja ta’ Daphne – PM

Joseph Muscat la ċaħad u lanqas ikkonferma l-istorja tas-Sunday Times

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat la ċaħad u lanqas ikkonferma rapporti li jgħidu li hemm negozjant prominenti li huwa suspettat bħala l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Muscat żvela li hu kellu laqgħa mal-qraba tal-ġurnalista u t-tim legali tagħhom u ħabbar li mistennija jkun hemm laqgħat oħra.

Fuq mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, Muscat qal li hu mhux dejjem ikun infurmat bid-dettalji tal-investigazzjonijiet.

Filmat: Assassinju Daphne: 12-il siegħa u l-Kummissarju baqa’ sieket – Delia

“Jekk xejn l-istorja tas-Sunday Times tikkonferma li l-investigaturi qed jagħmlu xogħolhom sew,” hu qal.

Assassinju Daphne: Negozjant kbir fost suspettati – rapport

Muscat qal li din hi l-ikbar investigazzjoni li qatt saret f’Malta fuq att li sejjaħ mill-aktar oxxen u kodard. Huwa kkonferma li ma kienx hu li tkellem mal-ġurnalisti li kitbu l-istorja, filwaqt li qal li dawn huma ġurnalisti serji iżda jridu jerfgħu r-responsabilità ta’ dak li nkiteb.