PM: “Indeċiż dwar nibqax MP jew le”

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għadu jrid jiddeċiedi jekk jibqax membru tal-parlament jew le.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, huwa qal li għadu ma ħax deċiżjoni dwar jekk il-parlament hux se jkun parti mill-futur tiegħu jew inħallix din id-dinja għal kollox.

Huwa qal li dejjem kellu x-xewqa li jkun backbencher. Stqarr li jixtieq jikteb ktieb dwar il-ħajja politika tiegħu.