PM: “Il-qofol tas-suċċess jiġi mid-deċiżjonijiet”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-qofol tas-sigriet tas-suċċess jiġi mid-deċiżjonijiet.
Waqt li kien qed jieħu sehem f’diskussjoni organizzata mill-Fondazzjoni IDEAT bit-tema, ‘Ix-Xogħol’, il-Prim Ministru qal li rridu nkunu dejjem lesti li nieħdu d-deċiżjonijiet biex inkomplu mexjin ’il quddiem għax il-progress ikun mantnut billi nkomplu niddeċiedu. Tenna li l-koalizzjoni tax-xogħol ser tiċċelebra Jum il-Ħaddiem bl-inqas rata ta’ qgħad u l-ikbar rata ta’ tkabbir fl-Ewropa. Dan huwa l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna.
Il-Mexxej tal-Partit Laburista qal l-isfida li għandha Malta fil-qasam tax-xogħol hi li mhux jinstabu bizzejjed ħaddiema għax-xogħol li hawn.
Tenna li “filwaqt li rridu naraw li l-barranin li qed jaħdmu f’Malta jkollhom kundizzjonijiet xierqa, rridu naraw li ma jkunx hemm sitwazzjoni fejn ikunu mminati l-impjiegi tal-Maltin”.