PM: “Il-Gvern kellu d-dmir li jisma’ lil Daryl Luke Borg”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li huwa każ li qed jiġi investigat mill-Pulizija, il-Gvern kellu d-dmir li jisma’ dak li kellu xi jgħid Daryl Luke Borg. Il-Prim Ministru qal dan meta wieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-laqgħa li kellu Silvio Scerri ma’ Daryl Luke Borg.

Dan tal-aħħar mar jiltaqa’ maċ-Chief of Staff tal-Ministeru għall-Ġustizzja, flimkien ma’ Charles Attard, magħruf bħala ż-Żambi.

Dr Muscat saħaq li huwa rrelevanti min akkumpanja lil Borg. Saħaq li ż-Żambi huwa l-bniedem li Daryl Luke Borg jafda. Fil-passat, Charles Attard, iż-Żambi kien ingħata sentenza ta’ ħabs akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana.