Plejers tax-Xahar għal Jannar: 2 barranin u Maltija

L-aktar plejers li spikkaw f’Jannar ta’ din is-sena kienu Jon Feiler tal-Gżira Athleta li rebaħ l-Unur tal-Irġiel, Sarah Pace ta’ Caffè Moak Luxol li rebħet l-Unur tan-Nisa, u Nikola Stankovic minn MSC Balkan Fusion jirbaħ il-premju tal-Kampjonat tad-Dilettanti.
Jon Feiler, attakkant ta’ 6 piedi u 8 pulzieri minn Long Island (USA), kellu medja ta’ 29.67 punti f’kull partita, b’90 punt fi 3 partiti b’medja ta’ 50 % mill-kamp (36 minn 72) u 71 % mil-linja tal-free-throw (17 minn 24). L-aqwa rebounder għal NYIT kellu medja ta’ 14.78 rebounds f’kull partita filwaqt li saru wkoll 23 foul fuqu fi 3 partiti (7.67 fouls f’kull partita).
Sarah Pace skorjat sitt 3-pointers minn sittax-il attentat, b’25 % mill-kamp u 67 % mil-linja tal-free throw akkompanjati minn 3.77 steals f’kull partita filwaqt li sofriet 2.67 fouls f’kull partita. Dan huwa t-tmien unur individwali għal Sarah wara li kienet rebħet l-ewwel wieħed tagħha ma’ Depiro f’Novembru 2005.
Nikola Stankovic kellu 51 % mill-kamp (29 minn 57) u 53 % mil-linja tal-free-throw (27 minn 51) filwaqt li sofra wkoll 7.75 fouls f’kull partita (31 foul f’4 partiti).
Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bi plakka kommemorattiva.