Plejers taħt it-18 illimitati kemm jagħtu daqqiet tar-ras

Dailymail

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol se tkun qed tillimita l-ammont ta’ drabi ta’ kemm plejers żgħar tal-futbol jistgħu jagħtu daqqiet tar-ras lill-ballun waqt it-training. Din l-azzjoni se tkun qed tittieħed wara li kompliet tikber il-biża dwarsaħħet it-tfal.

Skont rapporti, il-plejers ta’ taħt it-18-il sena se jkunu llimitati għall-ammont ta’ kemm jistgħu jagħtu daqqiet bir-ras lill-ballun.

Dan ġara wara li saret aktar pressjoni fuq il-korp tat-tmexxija tal-futbol Ingliż biex jirrikonoxxi riċerka li tassoċja trawma moderata fil-moħħ – bħal dik li tiġi kkawżata minn daqqiet tar-ras lill-ballun – ma’ riskju ogħla li wieħed ibagħti mid-dimensia aktar ‘il quddiem.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża qalet li lejn l-aħħar tax-xahar se tkun qed tiffinalizza pjan ta’ azzjoni u toffri linji gwida għall-etajiet differenti.

Uffiċjali u plejers tal-futbol esprimew il-fehma tagħhom u qalu li jemmnu li hemm bżonn li jkun hemm gwida dwar il-limitu li wieħed jista’ jilħaq biex tittieħed prekawzjoni fid-dawl ta’ din ir-riċerka li ġiet ippubblikata.