​Plejers irrabbjati għal Mahrez

Il-ġurnal Ingliż The Sun irrapporta illi l-plejers fl-iskwadra ta’ Leicester City jinsabu rrabbjati għal Riyad Mahrez minħabba illi naqas illi jipparteċipa għas-sessjonijiet ta’ taħriġ illi kellhom matul din il-ġimgħa.
Il-plejer Alġerin jidher illi ħadha ferm bi kbira li ma ġiex trasferit ma’ Manchester City u ta’ dan bħal qisu qed ipatti billi ma jattendix għat-taħriġ.
L-istess Mahrez waħħal fil-klabb tiegħu illi ma tantx ta l-almu tiegħu sabiex jiġi akkwistat mis-Citizens sabiex issa se jkollu jibqa’ sitt xhur oħra mal-Foxes.