​Plejers għajjiena mejta wara t-taħriġ ta’ Conte – Chiellini

Id-difensur ta’ Juventus Giorgio Chiellini żvela mal-gazzetta Tutto Sport illi l-plejers kienu jkunu għajjiena mejta wara sessjoni tat-taħriġ mal-kowċ Antonio Conte fiż-żmien meta kien imexxi lil Bianconeri.
Dan kollu ġie żvelat ftit tal-ġranet ilu fil-mument meta Conte jinsab imdendel fit-tmexxija ta’ Chelsea wara sensiela ta’ riżultati negattivi nkluż l-aħħar partita kontra Watford, it-Tnejn illi għadda.
Il-kowċ ta’ 48 sena għamel tliet staġuni ma’ Juventus tant li rebaħ kull kampjonat illi kkompeta għalih filwaqt illi kien jikkowċja wkoll lil Chiellini meta kien imexxi lit-tim nazzjonali Taljan.