Plejer ta’ Birkirkara jinstab pożittiv għall-COVID-19

Ritratt: Birkirkara FC

Plejer ta’ Birkirkara FC instab pożittiv għal COVID-19. Dan kien ikkonfermat f’post fuq Facebook tal-klabb fejn pie kkonfermat li plejer mit-tim tal-adulti nstab pożittiv.

Birkirkara FC ħabbar li minħabba f’hekk l-attivitajiet kollha relatati mat-taħriġ se jiġu kanċellati.

Il-klabb ikkonferma wkoll li l-plejer jinsab f’qagħda tajba u li kien fi kwarantina sa minn meta beda juri s-sintomi.

Il-klabb qal li qed jittieħdu l-prekawzzjonijiet u miżuri meħtieġa sabiex dawk kollha li attendew għat-taħriġ ma’ dan l-istess plejer li nstab pożittiv joqgħodu fi kwarantina u jagħmlu swab test.

It-taħriġ ta’ Birkirkara FC se jkompli meta l-awtoritajiet tas-saħħa jikkonfermaw li l-plejers u l-membri tal-istaff kollha huma tajbin u f’saħħithom.

Birkirkara FC has been made aware that one of its Senior Team players has tested positive for Covid-19. In view of this,…

Posted by Birkirkara F.C. on Thursday, August 13, 2020