Read in English.
Il-plejer tal-futbol Paul Mbong li jilgħab ma’ Birkirkara FC akkuża lil Andre Scicluna, plejer ta’ Senglea Athletic FC li ddiskrimina kontrih minħabba l-karnaġġjon tiegħu waqt logħba futbol li kien hemm ilbieraħ.
Fil-85 minuta, Paul Mbong ittekilja lil Andre Scicluna. It-tnejn qalgħu karta safra, imma Scicluna diġà kellu waħda, allura tkeċċa mil-logħba.
Mbong qal li jiddispjaċih ta’ li ġara, imma ma setax jaċċetta l-abbuż razzist ta’ Scicluna. “Ġejt ikkastigat għax kont qed niddefendi l-karnaġġjon tiegħi,” kiteb Mbong fuq Facebook.
Diversi ammiraturi tal-futbol urew solidarjetà ma’ Mbong, filwaqt li t-tim Senglea FC ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. It-tim qal li l-plejer lest li jikkonferma li m’għadda l-ebda kumment razzist b’affidavit.
Din ma kinitx l-ewwel darba li kien hemm allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni razzjali fil-futbol Malti.
Aktar kmieni din is-sena, il-goalkeeper Rasheed Al Tumi ntbagħat lura f’pajjiżu għaliex wera appoġġ lill-kampanja Black Lives Matter wara l-qtil ta’ George Floyd fl-Amerka.