Plejer Brażiljan jisraq ix-xena fl-unuri tal-MAFA

Ricardo Severino

L-attakant ta’ Marsa St Michael, il-Brażiljan Ricardo Severino seraq ix-xena meta rebaħ ħames unuri fis-serata tal-unuri tal-Malta Ameteur Football Association (MAFA).
Saverino, apparti milli rebaħ il-klassifika tal-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni b’16-il gowl, rebaħ ukoll l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-ogħla kampjonat tal-MAFA, l-aħjar plejer sponsorjat minn ditta sportiva lokali, l-aqwa plejer għax-xahar ta’ Frar, kif ukoll l-unur tal-aqwa plejer tat-tim.
Michael Hennessy li jilgħab mat-tim ta’ San Ġiljan Saints ħa l-unur tal-plejer tas-sena kif ukoll tal-aqwa plejer sponsorjat minn ditta sportiva lokali. 
Jacob Falzon ta’ Qormi Hotspurs spiċċa l-aqwa plejer li skurja fit-Tieni Diviżjoni b’disa’ gowls.
Saverino sqarr li hu huwa ferm kuntent b’dak li rnexxielu jikseb.  
Il-President tal-Malta Amateur Football Association, Twanny Agius rringrazzja lit-timijiet kollha li ħadu sehem matul dan l-istaġun u li hu sodisfatt ferm bil-prestazzjoni tal-atleti.
Matul dan l-istaġun 2017/2018 organizzat mill-MAFA intlagħbu ħames kompetizzjonijiet differenti.