Play-off finali tal-BOV Basketball tal-ewwel diviżjoni

Il-Kowċis Joe Galea ta’ Athleta u Paul Ferrante ta’ Virtus, akkumpanjati mill-captains tat-tims tagħhom Michael Naudi u Peter Shoults tkellmu mal-membri tal-media għall-aħħar darba qabel l-ewwel logħba tal-finali fuq bażi ta’ best-of-5, bl-ewwel logħba tintlagħab fit-8 ta’ April.
Joe Galea, li qed jikkuntesta l-14-il finali konsekuttiva ma’ Athleta qal li anke jekk uħud mill-plejers tiegħu rebħu diversi unuri fil-passat u 4 unuri dan l-istaġun, xorta għadhom motivati ħafna biex ikomplu jżidu aktar unuri man-numru kbir ta’ trofej tat-tim.
Paul Ferrante qal li anke jekk statistikament dan l-istaġun jistgħu jitqiesu bħala ‘underdogs’ mal-Athleta, se jkunu qed jiffaċċjaw din il-finali b’kunfidenza. F’din l-ewwel sena ta’ dan it-tim, diġà rebħu unur u qed ifittxu li jżidu l-aqwa unur tal-istaġun.
Il-konferenza stampa ġiet ukoll indirizzata minn Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association u Peter Perotti, Chief Office fi ħdan il-Bank of Valletta.
Fatti interessanti huwa li ż-żewġ kowċis rebħu l-aħħar staġun li kkontestaw.
Il-Playoff finali fuq bażi best-of-5 se tintlagħab fil-padiljun tal-Baskitbol ta’ Ta’ Qali f’dawn id-dati:
Logħba 1 – l-Erbgħa 8 ta’ April – 7.30pm
Logħba 2 – il-Ħadd 12 ta’ April – 2.45pm
Logħba 3 – il-Ħadd 19 ta’ April – 4.30pm
Logħba 4 – il-Ħadd 26 ta’ April – 4.30pm
Logħba 5 – il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju – 4.30pm
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt