Platini miżmum fuq suspett ta’ korruzzjoni

L-eks plejer Franċiż bħalissa qed ikun projbit mill-futbol flimkien mal-ex-president tal-FIFA Sepp Blatter. Platini ta’ 63 sena qed jinżamm taħt suspett ta’ korruzzjoni, bħala parti minn investigazzjoni dwar l-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 lill-Qatar.

Skont dikjarazzjoni mit-tim tiegħu intqal li ma ġiex arrestat imma qed jidher bħala xhud. Huwa ġie meħud taħt kustodja f’Nanterre, f’Pariġi nhar it-Tlieta filgħodu u nżamm fl-uffiċċju ta’ kontra l-korruzzjoni tal-pulizija ġudizzjarja.