Platini b’rivelazzjoni fuq il-finali tat-Tazza tad-dinja tal-1998

L-eks President tal-UEfA Michel Platini stqarr li fl-1998 l-organizzaturi tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja kienu fasslu sistema sabiex Franza u Brażil ma jilagħbux kontra xulxin qabel il-finali.
Skont Platini, dan seta’ jseħħ biss jekk iż-żewġ nazzjonijiet jirnexxielhom jirbħu l-gruppi rispettivi tagħhom.
L-edizzjoni ta’ 20 sena ilu kienet ittellgħet fi Franza u ntrebħet propju mill-Franċiżi grazzi għal dopjetta ta’ Zinedine Zidane u gowl fit-tieni taqsima ta’ Emmanuel Petit.
Ronaldo, jew aħjar “O Fenômeno”, kien wieħed mill-aqwa plejers matul dik l-edizzjoni iżda ħassu ma jiflaħx ftit qabel il-bidu tal-finali fi Stade de France.