PL: Żieda fil-pensjonijiet għall-ewwel darba f’20 sena

Il-Partit Laburista qal li għall-ewwel darba f’20 sena, fil-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla hemm iż-żieda li ngħatat lill-pensjonanti.
Fi stqarrija, l-Għaqda Veterani Laburisti qalu li 12,000 pensjonant se jgawdu minn żidiet li jvarjaw bejn €8 u €9 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Qalu wkoll li l-pensjoni minima telgħet għal €140 fil-ġimgħa.
Irreferew ukoll għal 12,000 pensjonant ieħor li se jgawdu minn żieda ta’ aktar minn €4 fil-ġimgħa, waqt li pensjonanti bi dħul ferm ogħla se jerġgħu jgawdu minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul.
Semmew kif il-pensjonanti li qabżu l-75 sena se jieħdu wkoll €300 oħra fis-sena.