“PL ikun irid l-aqwa relazzjoni possibbli mal-bdiewa” – Dr Joseph Muscat

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li mill-gvern, jekk jirbaħ il-fiduċja tal-poplu, il-Partit Laburista ikun irid l-aqwa relazzjoni possibbli mal-bdiewa u r-raħħala.

Meta ndirizza lill-bdiewa u r-raħħala fil-Buskett, Dr Muscat qal li trid tkun iffaċċjata r-realtà tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li saħaq li mhux ser ikun hemm negozjati mill-ġdid tal-ftehim. Il-Mexxej Laburista saħaq dwar il-ħtieġa tal-bilanċ, fejn il-bidwi Malti ma jkunx żvantaġġat u ma jispiċċax ikun barrani f’pajjiżu stess. Dr Muscat spjega l-wegħda tiegħu ta’ politiku responsabbli mill-Biedja u s-sajd, għax fi kliemu, dawn l-oqsma ngħataw il-ġenb. Spjega li l-pjan Laburista jinvolvi sforzi biex il-prodott Malti jsib postu anke fis-swieq barranin permezz ta’ quality marks. Dan minbarra li qal li jkunu inkoraġġiti b’diversi inentivi dawk li jaħdmu fil-qasam tal-biedja, kemm dawk part-time kif ukoll dawk full-time, speċjalment iż-żgħażagħ.

Dr Muscat temm iwiegħed li jekk jirbaħ il-gvern, iwaqqaf kunsill konsultattiv dwar il-biedja u ieħor dwar is-sajd, sabiex issir diskussjoni fost dawk kollha involuti f’dan il-qasam.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.