Pjazza San Ġorġ titfi d-dawl

Id-dwal fi Pjazza San Ġorġ intfew kollha għal attività tal-MCAT UV glow in the dark Street Soccer.
Pjazza San Ġorġ inxtegħlet bl-ultraviolet u b’hekk inħoloq effett sabiħ meta l-ħwejjeġ ta’ kulħadd bdew jirriflettu d-dawl.
F’din l-attività, li kellha s-sapport ta’ Valletta 2018 u l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, in-nies setgħu jipparteċipaw billij ilagħbu l-ballun.
L-għan ta’ din l-attività kienet biex tippromwovi aktar l-attività fost iż-żgħażagħ b’mod partikolari fil-kultura u l-isport.