Pjazza San Ġorġ terġa’ tinkesa bil-fjuri

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 illum nediet il-Valletta Green Festival fi Pjazza San Ġorġ il-Belt.
Bħas-snin preċedenti l-festival jinkludi infjorata li din is-sena saret b’dedikazzjoni għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija, il-Fondazzjoni qalet li bejn nhar il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd, il-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof u l-ġnien tal-Monsateru ta’ Santa Katerina se jkunu miftuħin bejn id-9am u nofsinhar, u bejn l-4pm u s-7pm.
Din is-sena, għall-ewwel darba, se jinfetħu għall-pubbliku ċ-ċisterni taħt il-Palazz tal-Arċisqof.
Attivitajiet oħra li se jkunu mifruxa mal-Belt Valletta jinkludu, Palk Ħieles nhar il-Ġimgħa fit-8pm f’Camarata Bar, taħriġ ta’ kif strumenti mużikali jistgħu jinħolqu minn materjal riċiklat u eżekuzzjoni mużikali li se ssir ġewwa l-Maori Bar is-Sibt fis-7pm. 
Ritratt: V18